Bormla - Citta Cospicua

Waħda mill-ewwel banda li twaqqfu f’Malta kienet il-Banda San Ġorġ ta’ Bormla. Hija waħda mill-aktar Soċjetajiet Filarmoniċi antiki u l-ewwel waħda li twieldet fil-Kottonera. Għad li l-banda ta’ Bormla twaqqfet uffiċjalment fl-1862, diġà kien jeżisti minn snin qabel każin ta’ Għaqda Filarmonika fost każini oħra u qabel din is-sena niltaqgħu kemm il-darba ma’ banda ċivili li ħadet sehem diversi drabi fil-festi li kienu jsiru f’Bormla.

Sa mill-bidu tas-seklu dsatax insibu li daqqet banda
żgħira fil-Ġimgha l-Kbira, fis-Salib, f’tal-Pietà li saret f’Santa Tereża, f’taċ-Ċintura u fil-Kunċizzjoni.
Okka
żjoni tabilħaqq speżjali kienet meta l-banda Bormliża daqqet fiċ-ċelebrazzjonijiet li saru f’Bormla wara li l-Q.T. il-Papa Piju IX iddefinixxa d-Domma ta’ Marija Immakulata nhar it-8 ta’ Diċembru fl-1854. Fil-jiem bejn it-12 u l-14 ta’ Jannar tal-1955, il-banda “Ċittadina” mhux biss daqqet ġo Bormla imma wkoll daqqet fil-Birgu u fl-Isla.
Is-Surmast Lorenzo Grima jie
ħu importanza kbira billi jissema mhux biss bħala l-ewwel Surmast imma wkoll bħala l-fundatur tal-banda. Jingħad li kompla l-kontribut muċikali tiegħu f’Bormla u l-Kottonera billi kien jgħallem il-mużika f’post fejn kien hemm Café Riche.
L-ewwel isem li kellha l-banda kien “La Banda dei Cospicuana”, (il-banda tal-Bormli
żi), isem li l-banda għada popolarment magħrufa bih sal-lum meta jirreferu għaliha bħala “il-banda ta’ Bormla”. Għal xi żmien f’dawn is-snin bikrija kienet magħrufa bl-isem “I Filarmonici Isouard”. Il-banda bdiet miexja ’l-quddiem u fost l-ammiraturi tagħha kien hemm in-Nobbli Giorgio Crispo Barbaro Marchesi di San Giorgio. Kien fis-16 ta’ Ġunju ta’ l-1880 li Giorgio Crispo Barbaro gie rikonoxxut bħala Markiz Di San Giorgio wara l-mewt ta’ missieru. Il-Markiż okkupa l-kariga ta’ President u ftit wara l-banda ħadet l-isem ta’ “Società Filarmonica Nazionale Cospicuana San Giorgio”, isem li għada ġġib sa llum.
L-ewwel programm li niltaqg
ħu miegħu bl-isem il-ġdid ta’ “Filarmonica San Giorgio” sar nhar il-Ħadd, 14 ta’ Novembru ta ’l-1880, fi Pjazza Santa Margerita taħt id-direzzjoni tas-Surmast Carmelo Abela Farrugia.
Il-fama li kisbet il-banda Bormli
ża kienet dovuta prinċipalment għat-tmexxija tajba tal-kumitat u direzzjoni tas-Surmastrijiet Lorenzo Grima, Carmelo Abela Farrugia u Gaetano Grech. Fl-1884, ġieli dderiġa wkoll is-Surmast C. Farrugia Scolaro. Fost l-istess mużiċisti tagħha hemm uħud li ġieli dderiġew ukoll fosthom, is-Surmast Ignatio Catanaia, Spiridione Vassallo, Ġorġ Compagno, Pawlu Gauci, Carmelo Ciantar, Carmelo Vella, William Abbott u Raymond Sciberras, is-Surmast preżenti. Ma’ dawn insibu Surmastrijiet li dderiġew il-banda bħal Angelo Melilli, Antonio Miruzzi, Carlo Diacono, Aurelio Doncich, Alfred P. Hare, Antonio Polento, Francesco Bellizzi, William J. Worley u Carmelo Ciantar. Ma’ dawn wieħed irid iżid l-isem tas-Surmast Bormliż Paolino Vassallo li kien Surmast lejn l-aħħar tas-seklu dsatax.
Is-So
ċjetà kellha wkoll bħala Presidenti nies serji u rispettabli bħal Giuseppe Bencini, l-Avukat Lorenzo Ellul, il-Kav. Dr. Giov. Felice Inglott, l-Avukat Serafin Vella, il-Prof. Carmelo Mifsud Bonnici, il-Prof. Joseph Ellul u l-Onor. Perit Duminku Mintoff li ilu jokkupa l-kariga mill-1948.
Tul is-snin tal-
ħajja tagħha s-Soċjetà Filarmonika Cospicua dejjem ħadmet biex l-iskop li għalih twaqqfet jintlaħaq. Dan huwa li jqanqal u jxerred l-istudju u l-kultura tal-mużika, isaħħah it-twaqqif tal-banda f’Bormla u jħeġġeġ kull attività soċjali u kulturali fl-istess belt

 
 
 
 
                                     
 
 
 
 
 
                                                  Socjeta Filarmonika San Gorg fis-sena 1929
 
 
 
 
                                                 Banda San Gorg tferrah lil Bormlizi fil-festi tac-Centinarju

Welcome

Recent Photos

 

Recent Videos

 

 

 

      

      Stazzjon Ufficjali

   www.kottoner.com