Bormla - Citta Cospicua

Bijografiji Bormlizi

 

Abram Gatt

Abram twieled f' Bormla fl 1863.  Huwa kien skultur argentier u dizinjatur mill-aqwa.  Fost l-akbar xoghlojiet tieghu insibu id-disinn tal-Vara l-Gdida tal-Immakulata Kuncizzjoni, il-pedestall tal-istess statwa., il-vara artistika u kapolavur ta San Guzepp, Kristu imsallab tal-Vara il-Kbira ta’ Bormla kif ukoll ghamel id-disinn tal-qabar ta Kristu Irxoxt ta’ Bormla.

Barra go Bormla Abram Gatt ghamel xoghol gewwa Luqa, Qormi, Rabat Ghawdex u hafna irhula u bliet Maltin u Ghawdxin.  Huwa miet fl-1944.

                                                       

Paolino Vassallo

 

Twieled Bormla fl-24 Lulju 1856. Studja l-mużika, l-armonija u l-vjolin taħt Domenico Amore, Rev. A. Fenech u Mro Spiteri Fremond.

Fl-1876 mar Pariġi. Studja l-armonija u l-kuntrapunt fil-Konservatorju Franċiż taħt surmastrijiet bħal Giraud, Massenet u Gounod. Kien violino di spalla u anke direttur ta l-Opera Comique ta’ Pariġi.

Lura Malta Vassallo waqqaf skola tal-mużika. Fl-1902 laħaq maestro di cappella tal-Katidral ta’ l-Imdina u l-Konkatidral ta’ San Ġwann. Pero` il-Papa Piju X ħareġ il-motu proprio fejn ipprojbixxa l-mużika stil operistiku mill-knejjes – l-affarijiet ikkumplikaw ruħhom għal Paolino Vassallo. Vassallo inqabad fil-kurrenti ta’ din il-kwistjoni. Huwa baqa’ jinsisti li tindaqq liema mużika tindaqq, din għandha tkun esegwita sew.

Tliet kompożizzjonijiet ippreżentati fit-Teatru Rjal kienu: Amore Fatale (1898), Frazir (1905) u Edith Cavel (1920).

Vassallo miet fit-30 ta’ Jannar 1923. Indifen fiċ-ċimiterju ta’ l-Addolorata.

 

                                                          

Professur Giuseppe Mifsud Bonnici

 

Giuseppe Mifsud Bonnici twieled Bormla fl 1930, bin il-Professur Carmelo, serva ta' Prim Imħallef ta' Malta bejn l-1990 u l-1995, kif ukoll Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Kien ukoll President tal-Casino Maltese u tal-Malta Football Association.

Jgħallem, bit-titlu ta' Professur, il-Filosofija tad-Dritt fl-Universita ta' Malta.

Ħareġ Il-Liġi, il-Morali u r-Raġuni (flimkien ma' Mark A. Sammut), fl-2008.

 

                                                     

Ludovik Mifsud Tommasi

 

Ludovik Mifsud Tommasi, Bormliz li baqa maghruf li inspira l-Kwadru titulari impitter minn PP Caruana.  Mifsud Tommasi xtaq li x-xbieha tal-Madonna tkun b'libsa bajda u faxxa kahla.  Snin wara Bernardette Subirous rat lil Marija Immakulata liebsa l-istess libsa gewwa il-grotta ta' Lordes. 

Huwa twieled fl 1796 u kien qassis u edukatur, poeta u kittieb ta talb.  Kitbiet importanti tieghu kienu L-Inni Imqaddsa, Stabat Mater Dolorosa, Magnae Deus Potentiae.

Huwa miet fis-sena 1879.

                                                          

 

Professur Carmelo Mifsud Bonnici

 

Professur Mifsud Bonnici twieled  fl- 1897 gewwa Bormla.   Huwa kien Professur tal-Ligi u Ministru fil-Kabinett tal-Partit Nazzjonalista fis-snin tletin.  Huwa kien poeta li habb lil lingwa Taljana u baqa maghruf li kiteb il-versi tal -Innu tal-Partit Popolare Nazzionalista. 

 

Profs Mifsud Bonnici kien mizzeweg lil Maria Ross.  Fost l-ulied tal-Profs Mifsud Bonnici hemm il-President Emeritus Ugo u l-Professur tal-Ligi Giuseppe.  Carmelo Mifsud Bonnici kien maghruf bhala il- Gross.

Huwa miet fis-sena 1948.

 

 

Guze Chetcuti

Ġużè twieled f ‘Bormla fil-11 ta' Awissu ta' 1914. Hu studja fil-Kulleġġ San Albert, il-Belt Valletta u fl-iskola ta' l-għalliema. Fl-1936 hu daħa mal-Gvern bħala għalliem fl-iskola primarja. Fl-1940 hu daħal fl-istaff editorjali fl-Uffiċċju ta' l-Informazzjoni bħala traduttur u ħadem bħala announcer waqt il-gwerra.

Hu reġa daħal fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u għallem il-Malti bejn l-1956 u l-1974. Is-Sur Chetcuti kien attiv fl-Akkademja tal-Malti u sar ukoll President ta' l-Akkademja. Hu kien membru onorarja ta' l-Għaqda Poeti Malti, tal-kunsill tad-Drama League u ko-fundatur tax-Xirka ta' l-Ilsien Malti.

Hu kiteb diversi xogħlijiet fosthom 'L-Isqaq' u 'Nirien ta' Mħabba'.

 

                                                    

 

Kanonku Dun Victor Cilia

Kanonku Dun Victor Cilia huwa Bormliz.  Huwa lahaq Arcipriet ta’ Bormla wara il-mewt ta’ Kanonku Burlo’.

Dun Victor dam Arcipriet tal-Belt ta’ Bormla ghal- tnejn u ghoxrin sena shah.  Matul iz-zmien tieghu bhala Arcipriet Bormla, Dun Victor kellu sehem kbir fil-festi kbar tac-Cinkwantenarju tal-pellegrinagg storiku tal-Immakulata minn Birkirkara ghal-Bormla wara l-gwerra.

Dun Victor halla din id-dinja fis-sena 2001

 

                                                      

Perit Duminku Mintoff

Il-Perit Duminku Mintoff twieled f'Bormla, fis 6 t' Awwissu 1916, iben Lawrence u Concetta née Farrugia. Studja fi skola tal-gvern, fis-Seminarju u ggradwa mill-Universita ta' Malta . Fl-1937 iggradwa u ġab il-B.Sc. u sentejn wara, fl-1939 iggradwa bħala Perit (B.E. & A. & C.E.). F'dik is-sena, ingħata wkoll borża ta' studju mill-Fondazzjoni Sir Cecil Rhodes u pproċeda f'Hartford College, fl-Universita ta' Oxford. Fl-1941 ġab l-M.A. fix-xjenzi u inġenjerija.

Fl-Ingilterra, Mintoff iltaqa' ma' Moira de Vere Bentinck u żżewwġu; minn daż-żwieġ kellhom żewġt ibniet, Anne u Joan. Huwa pprattika l-professjoni tiegħu l-Ingilterra sal-1943, u f'dik is-sena rritorna lura lejn Malta.

Mintoff serva ta' Prim Ministru ta' Malta għal erba' leġislaturi, fi żmien il-ħakma kolonjalista Ingliża bejn l-1955 u l-1958, u wara l-Indipendenza ta' Malta bejn l-1971 u l-1984. Bejn l-1949 u l-1984 serva wkoll ta' mexxej tal-Malta Labour Party. Huwa serva ta' Deputat fil-Kamra tar-Rappreżentanti sal-1998 meta ma kkontestax l-elezzjonijiet ġenerali li saru f'dik is-sena.  L-ikbar kisbiet tal-Perit Mintoff kienu il-kisba tar-Repubblika u il-Helsien shih tal-Gzejjer Maltin.

                                               

 

Pietru Pawl Castagna

Pietru P Castagna twieled f’ Bormla nhar is-16 ta Gunju 1827, iben Antonio u Carmela nee’ Gonzi.   Castagna trabba gewwa Bormla u studja il-Liceo tal-Belt Valletta.  Huwa dahal jahdem mal-Gvern bhala ghalliem elementari, fejn eventwalment gie promoss ghal surmast u wara lahaq direttur ta’ l-edukazzjoni elementari.

Pietru Pawl Castagna baqa maghruf bhala edukatur, storiku u folkloristiku li pprezenta l-ewwel Storja ta’ Malta bil-Malti.  Castgna ta ukoll il-kontribut tieghu lil letteratura Maltija kif ukoll hafna raprezentazjonijiet bil-Malti fuq il- palk.

Pietru Pawl Castagna miet nhar it-13 t’ April 1907.

                                                      

Salvatore Psaila

Salvatore Psaila twieled f’ Bormla fl-20 ta Jannar 1789.  Minn eta zghira dejjem wera xehta lejn l-arti ta’ l-iskultura.  Bhal Xandru Farrugia u Pietru P Azzoppardi, gie fdat f’idejn l-iskultur bravu Marjanu Gerada li kellu gewwa Bormla.

Fost ix-xoghlijiet ta Psaila insibu lil Santa Elena ta’ Birkirkara, il-Madonna tal-Karmnu taz-Zurrieq u l-Irxoxt tal-Birgu.

Salvatore Psaila miet fis-sena 1871

 

Ugo Mifsud Bonnici

Ugo Mifsud Bonnici twieled Bormla fl-1932, huwa iben il-Professur Carmelo Mifsud Bonnici maghruf bhala “il-Gross”.  Huwa studja l-Universita fejn iggradwa bhala avukat.

Ugo dahal fix-xena politika mal-Partit Nazzjonalista u kien elett l-ewwel darba fil-parlament fl-1977.

Huwa kien ministru bejn l-1987 u 1994 meta imbad inhatar President ta Malta u serva din il-kariga sal-1999.  Ugo Mifsud Bonnici huwa mizzewweg lil Gemma u ghandu tlett itfal.

                                                

 

 

Rikkardu Taylor

Rikkardu Taylor twieled Bormla fl-1818 u huwa wieħed mill-kittieba li jispikkaw fis-seklu dstatax. Kien importanti biex il-letteratura Maltija atfferma ruħha. Qaleb bosta xogħlijiet għall-Malti u kiteb f’bosta ġurnali ta’ żmienu.  Taylor miet fis-sena 1868.

                                            

 

Mro Joe Brown

 

Joe Brown huwa Bormliz,  twieled fit 23 t’ Ottubru 1959,  It-talent tal-muzika dejjem kien b sahhtu fil-Mro Brown.  Huwa beda jdoqq id-drums u mbaghad il-pjanu.  Joe Brown specjalizza fil-muzika gewwa Manchester l- Ingilterra.

 

Joe Brown mhux l-ewwel darba li idderiega l-orkestra tal-Festival ghal-Ewropa u tal-Ghanja fil-Melodija.  Joe Brown kiteb ukoll muzika ghal hafna musicals u ghamel arrangamenti ta muzika ghal-kuncerti lokali.

 

L-ikbar kontribut li Joe Brown ta lil Bormla kien certament id-direzzjoni muzikali tal-musical “Ulied l-Immakulata” li kien sar fl-okkazjoni tac-Centinarju ta’ l-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari.  Joe Brown huwa mizzeweg u ghandu zewg tfal. 

 

                                                               

 

Karmenu Mifsud Bonnici

Karmenu Mifsud Bonnici, iben Dottor Lorenzo Mifsud Bonnici u Catherine Buttigieg twieled f’Bormla fis-17 ta’ Lulju 1933.
Hu r
ċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola tal-Gvern u aktar tard daħal il-Liċeo u mbagħad l-Università ta’ Malta fejn iggradwa fil-Baċelerat tal-Arti. Fl-1954 hu kiseb Dottorat fil-Liġi.
Fl-1969, kien ma
ħtur bħala konsulent tal-General Workers’ Union.
Fit-2 ta’ Mejju 1982, Karmenu Mifsud Bonnici kien co-opted fil-Parlament wara r-ri
żenja tal-Membru Parlamentari Pawlu Xuereb.  Karmenu Mifsud Bonnici ħa l-ġurament ta’ Prim Ministru fit-22 ta’ Diċembru 1984.    

                                                    

 

Peppi Delceppo

Peppi Delceppo twieled fit-8 ta’Dicembru 1930.  Huwa baqa maghruf bhala wiehed mill-iktar plejers leali lejn il-klab Bormliz. 

Huwa serva lil klabb Bormliz bhala plejer, captain, coach u “technical advisor”.   Peppi kien jilghab f’pozizzjoni difensiva.  Huwa maghruf li Peppi dejjem irrifjuta li jinghaqad ma teamijiet iktar famuzi anka meta it-team Bormliz safa relegat fit-tieni divizjoni.

Peppi Delceppo miet f’Awwissu 2006.

                                                          

 

Dr Daniel Piscopo

Daniel Piscopo twieled f’Bor­m­la fl-1920 u ggradwa bħala tabib fl-1943. Hu daħal fil-po­litika fl-1947 u beda jaħdem fil-kumitat tal-Każin Laburista ta’ Bormla u fl-Eżekuttiv Naz­zjo­na­li. Kien ikkontesta b’kollox tmien elezzjonijiet bejn l-1950 u l-1976 fuq it-Tnieni Distrett.  Fl-1971 huma ngħata l-inkarigu tal-Ministeru tas-Saħħa, kariga li żamm sa Ottubru tal-1974 meta imbagħad ingħata r-res­pon­sab­bil­tà ministerjali tal-Posta, Elet­triku u Komunikazzjoni.

F’Settembru tal-1976, Daniel Piscopo
ħa l-ġurament bħala Mi­nis­tru tat-Turiżmu, kariga li żamm sas-17 ta’ Ottubru tal-1978, meta rriżenja minn Minis­tru.  Wara snin twal ta’ ħidma fil-politika Daniel Piscopo kompla jeżerċita l-professjoni tiegħu ta’ tabib.

 

Glenn Bedingfield

Glenn Bedingfield twieled fl-1974. Iben familja tal-ħaddiema, huwa trabba f' Bormla, fejn sa min ckunitu kien attiv fil Partit Laburista.  Huwa hadem bhala gurnalist mal-istazzjoni Super 1.

Fl-2003 huwa ikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew imma ma kienx elett.

Fl-2008 huwa kien elett fil-Parlament Ewropew minn By Election wara li Dr Joseph Muscat ceda postu fil-Parlament Ewropew, wara li lahaq mexxej tal-Partit Laburista.

                                                    

 

Gavino Gulia

Gavino Gulia twieled Bormla fl-1835.   Huwa kien tabib u xjenzat fejn anka ghamel xi ricerka fuq id-dijabete.

Gavino Gulia kien ukoll awtur u editur ta’ rivista xjentifika.

Ismu ghadu imfakkar gewwa Bormla fejn hemm pjazza imsemmija ghalih.  Gavino Gulia miet fl-1889.

 

Tony Coleiro

Tony Coleiro, Bormliz,  attivist u Delegat militant tal-GWU.  Haddiem it-tarzna min mindu kellu sbatax il sena.   Huwa mill-ewwel involva ruhu bhala delegat  mal- GWU wara li spicca minn apprentista

Tony Coleiro kien qrib hafna tal-Perit Dom Mintoff.

 Tony Coleiro jibqa imfakkar ghal-oppozizzjoni tieghu ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea, ghax huwa hass li shubija sejra taghmel deni lil-industrija tat-Tarznari.

Tony Coleiro halla din id-dinja nhar it-13 ta’Dicembru 2002

 

 

                                                                                 

 

 

Kanonku Kantur Dun Guzepp Bonello

Kanonku Bonello twieled Bormla nhar it-30  ta’ Novembru 1927 iben Nazzareno u Antonia nee’ Buhagiar.

Huwa studja fis-seminarju kif ukoll l-Universita ta’ Malta.  Huwa sar qassis fl-1957 u f’ gheluq it-tletin sena qassis huwa sar Kanonku.  Fis-sena 1980 Dun Guzepp lahaq Prepostlu.  Hmistax-il sena wara lahaq Kantur tal-Kaptilu  kif ukoll akrivista tal-Parrocca kariga li dan jokkupa sa’ l-ahhar.  Dun Guzepp kien devot kbir ta’ San Guzepp u kien prokuratur tal-festa ta’ San Guzepp.  Fl-2005 huwa kien ghalaq 50 sena qassis.

Dun Guzpp halla din id-dinja f’Lulju 2008.

                                                 

 

William Galea Sluta

William Galea Sluta, Bormliz, Kunsillier, Benefattur, President Onorarju tal-kumitat tal-festa u St George’s F.C.  huwa kien generuz f’kull qasam fejn tidhol Bormla.  William Sluta hallas il-monument tal-Pellegrinagg u hallas parti mil-monument tac-Centinarju. 

William Galea kien Bormliz ezemplari halla din id-dinja fis- 6 t’Awwisu 2006.

 

                                              

 

Mro Ray Sciberras

 

Ray Sciberras, imwieled f'Bormla fi 27 ta' Diċembru 1962

Huwa ikompona diversi innijiet ta' qaddisin ghall-diversi socjetajiet maltin.

Minbarra dan, ir-repertorju tieghu tal-marci festivi, marci funebri u innijiet Reliġjużi  jaqbeż 100 kompożizzjonijiet.Uħud mill-aqwa tiegħu marci funebri huma wkoll miġbura fl-CD intitolat "Jesu" maħruġ huwa 2003 mil-banda San Gorg ta' Bormla.

 Mro Ray Sciberras huwa rreġistrat membru tal-PRS  of London u wkoll membru rreġistrat ta 'l-MCPs

Ray Sciberras huwa miżżewweġ u ghandu tifelu  jgħixu il-Hamrun u Mro Sciberras jghallem il - muzika fi De La Salle College, Cottonera.

Ray Sciberras huwa surmast ta erba baned,  " Maria Mater Gratiae"  ta Zabbar,  "San Gejtanu"" tal- Hamrun   "Banda San Gorg " ta' Bormla, "Banda Beland" taz-Zejtun u "Banda Santa Marija " tal-Mosta.   Huwa ikompona il-muzika ta l-Innu Popolari mal-Bormlizi "Omm Beltna"  u  L-Innu  tac-Centinarju  "Fil-Kuruna Dehbiena  fuq Rasek”

 

                                                                      

 

Chris Agius

 

Chris Agius maghruf bhala “il-Wefi” huwa membru Parlamentari Bormliz.

Huwa ukoll il-President  ta St George’s F.C ta’ Bormla, team li beda jilghab mieghu meta kien ghadu zghazugh.

Il-politka dejjem kienet tinteressa lil Chris  u ghalhekk hareg ghal-ewwel elezzjoni fl-1996 u tela elett mit-tieni distrett.

Chris attwalment huwa membru parlamentari man-naha tal-oppozizzjoni Laburista.

Chris huwa mizzewweg u ghandu tlett itfal.

 

 

                                                    

 

Kummissarju John Rizzo

 

John Rizzo twieled f’Bormla f’ Mejju tal-1956.   Huwa ha l-edukazzjoni Primarja f’ Bormla u Sekondarja ir-Rahal Gdid.

Fl-1976 lahaq kuntistabbli u fl-1980 gie promoss ghal-grad ta Surgent sakemm fl-1984 rega gie promoss ghal-grad ta Spettur.

Fl-1996  John Rizzo sar  Supretendent u fl-1997 Assistant Kummisarju.

John Rizzo lahaq Kummissarju tal-Pulizija f’ Novembru 2001.   John Rizzo huwa mizzewweg u ghandu erbat itfal.

 

 

                                   

 

Dun Gustav Barbara

 

Dun Gustav Barbara,  qassis Bormliz li barra hidmietu fil-Knisja baqa imsemmi ghal-hidmietu f’ ghaqdiet socjali.

 

Huwa lahaq qassis fl-1955 flimkien ma Dun Guzepp Bonello u  sar Kanonku fl-1956.   Dun Gustav kien President tad-Domus Piju IX, kariga li dam jokkupa ghal-numru kbar ta’ snin. 

 

Huwa kien ukoll kaxxier tal-Grupp tal-Festa Esterna ta Marija Immakulata ta Bormla kif  ukoll kaxxier tal-Kollegjata u kien ghamel zmien jiehu hsieb l-abbatini.  Fl-ahhar snin Dun Gustav kien jiehu hsieb il-Knisja ta’ San Pawl.

 

Dun Gustav halla din id-dinja f' Marzu 2003

 

Welcome

Recent Photos

 

Recent Videos

 

 

 

      

      Stazzjon Ufficjali

   www.kottoner.com