Bormla - Citta Cospicua

Gimgha l-Kbira Bormla

 

 Dan iz-zmien il-purcissjoni kienet maghrufa bhala ta

Gesu Mejjet fejn kienu jiehdu sehem fiha fratelli

flimkien ma tfal b' lanterni u torci f idejhom. 

Il-Purcissjoni dejjem kienet issir il-Gimgha hafna

drabi filghaxija.  Fl-inventarju ta nofs is-seklu 18

jindika lista ta tmien vari tradizzjonali.   Sal-1738 it-

triq tal-purcissjoni kienet tiehu lejn il-knisja ta San

Pawl kienet taqsam il-pont ta hdejn l-isla ghal-knisja

ta San ta Tereza u kienet tkompli mat-triq tax-xatt

lejn il-parrocca. 

Matul is-snin it-triq inbidlet u bdiet tghaddi min Triq

l-Oratorju, Triq San Gorg, Xaghjra, Santa Tereza u

lura lejn il-Parrocca.  Fl-1982 ir rotta inbidlet ghal

dik tal-gurnata tal-lum fejn tghaddi mil-Pjazza

Gavino  Gulija, Santa Tereza, Strada San Giorgio, Triq

l-Oratorju u lura ghal-Parrocca.

 

       

 

L-ewwel vara li tohrog min gol-Kollegjata ta' Bormla nhar il-Gimgha l-Kbira hija l-istatwa tas-Salib. Din l-istatwa ilha sentejn tohrog bhala l-ewwel statwa tal-purcissjoni. L-ahhar darba li kienet harget din l-istatwa kien fl 1972 fic-centinarju tal-fratellanza tal-kurcifiss.
Is-Salib huwa xoghol tal-ebbanu u ghandu raggiera indurata bid-deheb. Hdejn is-Salib hemm 2 angli xoghol tas-Surmast Vincenzo Bugeja

 

         

 

It-tieni statwa hija dik ta' Kristu fl-Ort tal-Getsemani. F'din l-istatwa naraw lil Kristu mixhut mal-art u qed jigi kkonfortat minn zewg angli, haga relattivament gdida ghax statwi ohra huma kwazi kollha b anglu wiehed.

Din l-istatwa saret fl-1878 u hija meqjusa bhala kapulavur tal-istatwarju maghruf Karlu Darmanin. Is-Salib tal-ebbanu sar minn Mastru Lorenzo Busuttil fl-1907 u gie moghti mill-fratell Gerardu Rosso Frendo. Fl-1914 certu Antonio Ellul hallas it-tliet finimenti tal-fidda tas-salib. Il-kalci gie rregalat mill-familja Damato fl-1900.
Jinghad li bhalma kienet drawwa tieghu anke fix-xoghol ta' statwi ohra, Karlu Darmanin uza lil uliedu stess bhala mudelli ghall-angli.
 

 

It-tielet vara hija dik tat-Tradiment ta Guda. L-ewwel statwa b'dan is-suggett kienet izzanznet l-ewwel darba fl-1972 u kienet xoghol fil-kartapesta ta' Louis Vassallo.

Il-vara ta' Vassallo l-ahhar li harget kien fl-1993, ghax fl-1994 izzanzet l-istatwa prezenti tal-kartapesta li hi xoghol ta' Michael Camilleri Cauchi. Din l-istatwa kienet imhallsa mil-wisq mibki Kanonku Guzeppi Bonello. F'din il-vara wiehed jista jinnota l-espressjoni tassew sabiha li tidher fuq l-ucuh taz-zewg figuri, kif ukoll il-moviment qawwi li jghaddi bejn Kristu u Guda.

 

                  

Ir-raba statwa tal-purcissjoni tirrapprezenta lil Kristu marbut mal-Kolonna u hija xoghol fl-injam tal-artist Pietru Pawl Azzopardi (1791-1875).
Azzopardi ha l-kummissjoni ghal dan ix-xoghol nhar is-6 ta' Mejju 1838 u fi zmien sena maghha ghamel ukoll l-istatwa tal-Porpra.
L-istatwa tlestiet fl-1839 u giet tqum 268 skud 8 rbajja u 6 habbiet. Ir-raggiera tal-vara saret minn Frangisk Castagna fl-1858.

 

 

      

 

Statwa ohra gewwa Bormla hija dik tal-Ecce Homo, statwa li saret fl 1893 minn Pietru Pawl Azzopardi. Din l-istatwa turi lil Gesu bil-wieqfa mzeblah liebes il-kuruna tax-xewk b'bicca porpra fuqu.
Din l-istatwa qamet 183 skud u hallas ghaliha certu Salvu Albanese.
Fil-Kappellun tal-Kurcifiss ghadna nistghu ngawdu l-abbozz ta' din l-istatwa gewwa nicca, li jista jkun l-uniku abbozz ta' Azzopardi li ghadu ezistenti

 

      

Statwa ohra li tigbed devozzjoni kbira lejha hija dik tar-Redentur.
Fl-1855 il-fratellanza tal-Kurcifiss ikkummissjonat lil Pietru Pawl Azzopardi biex jaghmel statwa tar-Redentur, li kellha tkun tixbah lil dik tal-Isla u kellu jlestiha sat-tielet Hadd tar-Randan.
Milli jidher Azzopardi ma lestiex ix-xoghol fiz-zmien miftiehem. Meta giet ipprezentata l-istatwa, il-Kummissjoni ta' artisti li fosthom kien hemm ukoll il-maghruf Salvu Psaila, ma kellhiex hlief kliem ta' tifhir.

   

           

 

Fl-1903 l-iskultur Bormliz Abram Gatt hadem fil-kartapesta l-istatwa tal-Veronika.
Hemm irregistrat li din l-istatwa inghatat lill-Fratellanza fl-1910. Din l-istatwa turi mara b'velu f' idejha u fuq dan il-velu hemm xbieha ta' wicc Kristu.
Jinghad li Gatt ghamel din l-istatwa darbtejn.

 

            

Il-Vara l-Kbira hija ffurmata minn erbgha figuri li huma Kristu fuq is-salib, il-Madonna, l-Appostlu San Gwann u Marija Madalena.
Karlu Darmanin hadem fil-kartapesta l-istatwi tal-Madonna, San Gwann u l-Madalena fl-1876. Il-Kurcifiss huwa xoghol Abram Gatt u sar fl-1894. Kien sewa 96 skud.

Dan ha post il-Kurcifiss originali li ghamel Darmanin, li llum jinsab fic-cimiterju tal-Addolorata. Is-Salib huwa tal-Ebbanu xoghol Lorenzo Busuttil u l-finimenti tieghu saru minn Pawlu Pace. Kollox thallas mill-fratell Antonio Paris.

   


 

              

 

  

Il-Monument naraw ix-xbieha ta' Gesu Mejjet. Din l-istatwa hija l-eqdem wahda mis-sett u hija probabbli mis-sett l-antik.
Is-Sodda inhadmet fl-injam minn Petruzzo Borg fl-1757 u giet indurata min Antonio Paris. Il-baldakkin tal-bellus inhadem fuq disinn tal-Bormliz Abram Gatt. Il-Monument jintrefa' tul il-purcissjoni minn tnax-il reffiegh

 

       

       

L-ahhar statwa tas-sett hija dik tal-Madonna Addolorata hdejn is-Salib.
F'din l-istatwa naraw zewg figuri, dik ta' Marija hdejn is-Salib u l-Appostlu San Gwann.
L-istatwa nhadmet minn Karlu Darmanin fl-1876. Is-salib u s-sellum huma t-tnejn tal-ebbanu xoghol ta' Carmelo Pule' u saru fl-1896. Il-lizar li hemm mas-salib inghata mill-fratell Guzeppi Galea u nhadem fl-1937 minn Gorgina Frendo fuq disinn ta' Abram Gatt.
Il-kartella tal-INRI saret fl-1896 mill-argentier Pawlu Pace u hallas ghaliha Emmanuele Paris. Pawlu Pace hadem ukoll il-finimenti tas-salib, is-sandli, il-kuruna tax-xewk u anke l-imsiemer.

Is-Sepulkru

 

 

 

Is-Sepulkru ta Bormla sar ghal-habta ta 1827

 

billi ghadd ta mastrudaxxi u nies ta snajja

 

Bormlizi kienu talbu permess biex jahdmu l-

 

Hadd halli jkunu jistghu ilestu dan is-Sepulkru

 

sal-Gimgha Mqaddsa.  Dan is-Sepulru baqa

 

dejjem jintrama sal-1939 sakemm kellu jieqaf

 

kollox habba l-gwerra. 

 

Wara hafna xoghol dan is-sepulkru rega

 

intrama fl-1988.

 

 

             

 

 

Għaliex, ngħidilkom, minn issa  'l quddiem ma nixrobx iżjed

mill-frott tad-dielja sa ma tiġi s-Saltna ta' Alla."

Mbagħad ħa l-ħobż, radd il-ħajr, qasmu, newwilhulhom u

qal: "Dan hu ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan b'tifkira

tiegħi."  Hekk ukoll wara l-ikla ħa l-kalċi u qal:

"Dan il-kalċi huwa l-Patt il-Ġdid b'demmi, id-demm li

jixxerred għalikom.[Lq:22:21]

 

 

 

Il-Mejda ta' l-Appostli

 

 

 

   

 

 

                                 

 

 

Fl-ewwel jum ta' l-Ażżmi, meta kienu jissagrifikaw

 

il-ħaruf ta' l-Għid, id-dixxipli tiegħu qalulu: "Fejn tridna

 

mmorru nħejju biex tiekol   l-ikla ta' l-Għid?" Mbagħad hu

 

bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Morru l-belt,

 

 u tiltaqgħu ma' raġel iġorr ġarra ilma. Morru warajh, u għidu

 

lil sid id-dar ta' fejn tarawh dieħel, 'Qallek l-Imgħallem:

 

Fejn hi l-kamra tiegħi li fiha nista' niekol l-ikla ta' l-Għid

 

mad-dixxipli tiegħi?'  '[Mk:14:15]

 

 

 

 

     

 

 

 

                                

 

 

            

 

Welcome

Recent Photos

 

Recent Videos

 

 

 

      

      Stazzjon Ufficjali

   www.kottoner.com