Il-Parocca ta' Bormla saret Kolleggjata mill-Papa Piju VII, f'Lulju 1822 propju 184 sena ilu. F'dak iz-zmien Sena Kolleggjata. l-aqwa unur li seta' jkollha parrocca kien dak li ssir Kolleggjata.
Jekk inqallbu daqxejn id-dokumenti li hemm fil-Kurja u fl-Arkivju Parrokkjali ta' Bormla insibu kemm hadmu u stinkaw il-Kleru u il-poplu Bormliz biex jakkwistaw dan l-unur ghall-parocca taghna.
Il-parocca ta' Birkirkara giet imwaqqfa kolleggjata mill-Papa Urbanu VIII fl-1630, ta' San Pawl il-Belt fl-1733 mill-Papa Klement XIII, ta' l-Isla fl-1785 u tal-Birgu fl-1821 mill-Papa Piju VII.
Mit-Tliet Ibliet, Bormla biss kienet ghada mhux kolleggjata, ghalkemm il-Bormlizi kienu ilhom diga'erba' snin jithabtu biex Bormla jkollha dan l-unur. Infatti sa mis-sena 1818 twaqqfet kummisjoni, u tressqet talba quddiem l-Isqof Ferdinando Mattei. L-aktar li habirku fost il-Kleru ta' Bormla, kienu zewg qassisin zghazagh, Dun Frangisk Lia u Dun Piet Spiteri. Dun Piet ried li l-kolleggjata taghna ma tkunx bhall-ohrajn, fejn ir-responsabilta kollha tkun f'idejn l-Arcipriet biss. Dun Piet ried, li r-responsabilta tal-parrocca tkun f'idejn
Dun Piet u Dun Frangisk gew mahtura mill-kleru biex imorru Ruma u kien bis-sahha u l-hila tal- Kardinal Rivalora (li tieghu jinstab ritratt fis-sagristija) li l-Papa Piju VII, f'Lulju 1822 hareg il-famuza bolla fejn il-Parrocca ta' Bormla giet imghollija f'Kolleggjata Perinsinji, b'Kapitlu ta' 19-il Kanonku (wara saru 18) b'sitt membri dinjitarji, Arcipriet, Tezorier, Kantur, Primicerju, Dekan u Prepostu. Il-knisja waqqfet hames kanonikati u l-kanonikati ta' l-Arcipriet , Tezorier, Penitenzier, u tat-Teologu. Diversi familji Bormlizi waqqful-kanonikati l-ohra. Pussess ta' l-ewwel kanonci sar lejliet il-Kuncizzjoni, fis-7 ta' Dicembru 1823,sena u nofs wara l-hrug tal-bolla tat-twaqqif tal- Kolleggjata.
Madanakollu din il-bolla ta' 1822 ma setghetx tigi imwettqa ghaliex il-kwistjonijiet li nqalghu kontra kienu bla tarf. Ghalkemm fit-13 ta' Settembru 1830 harget il-bolla hekk imsejha ta' l-"Unione" - Ghaqda tal-Parocca mal-Kolleggjata, xorta wahda l-inkwiet baqa' sejjer ghoxrin sena shah u kienfit-30 ta' Settembru 1850 li l-kwistjoni giet deciza
Dan ifisser li waqt li fil-parocci l-ohra l-Kappillan huwa l-factotum ta' kollox jista jiehu decizjoni minghajr il-kunsens tas- sacerdoti tal-parrocca, fil-parrocca ta' Bormla, kull kanonku kellu dritt ghall-vot, u l-ebda decizjoni ma setghet tittiehed, jekk mhux bil-kunsens tal- maggoranaza tal-kanonci. Mhux hekk biss izda l-amminisrtazzjonikienet ukoll f'idejn il-kapitlu b'mod li l-ebda tibdil ma jista' jsir jekk mhux bil-kunsens tal-maggoranza tal-kanonci. Privileggi ohra kienu is-Salib Pettorali, il-Mazza u l-Kuda li kien juza it-Tezorier. Wara il-Koncilju Vatikan it- Tieni,
Sar hafna tibdil fil-knisja. Dak li qabel kien ikkunsidrat unur, illum huwa ikunsidrat bhala lussu. Il-knisja llum mhix qieghda taghti izjed importanza lil dawn il-privileggi. Ghalhekk qeghdin naraw tnaqis kbir fl-ilbies tal-Papa, tal-Kardinali u wkoll tal-Kanonci. Tnaqaas ukoll in-numru tal-kanonikati, hekk li l-kanonci ta' Bormla
L-ahhar li ntlibset
Ir- rettur tal-knisja sar il-kapitlu, waqt li l-parocca giet fdata f'idejn il-Kappillan, li jgawdi id-drittijiet kollha li jgawdu Kapillani u Arciprieti ohra. Il-Kapillan maghzul kien il-Kan. Dun Victor Cilia, li wara il-mewt ta' l-Arcipriet Burlo, sar ukoll Arcipriet u l-ghola dinjita fil-Kapitlu. L-ahhar kurat kien il-Kan Luigi Abela, li wara sar Monsinjur tal-Katidral u li miet fil-5 ta' Gunju 1986.
Illum l-gurnata l-Arcipriet ta Bormla huwa Kanonku Dun Joe Mifsud.



