Bormla - Citta Cospicua

Knisja ta' San Pawl

 

Waħda mill-knejjes sbieħ li hemm f’Bormla żgur li hija dik iddedikata lil San Pawl .

Skond tradizzjoni qadima ħafna, jgħidu li din il-knisja nbniet fix-Xatt ta’ Bormla, fejn San Pawl siefer minn Malta wara n-nawfraġju tieghu fis-sena 6OW.K.


L-istoriku Achille Ferres jgħid li l-ewwel knisja ddedikata lil San Pawl ġiet mibnija fis-sena 1590. Kienet twaqqfet fit-3 ta’ Ottubru 1590.

Maż-żmien din il-knisja ta’ San Pawl kienet kważi abbandunata, tant li kienet meqjusa bħala fqira ħafna. Għalhekk inħass il-bżonn li tinbena mill-gdid. Ġiet mibnija eżattfl- istess post fejn kienet il-knisja l-qadima.  Skont “Atti Ċivili tal-Kurja ta’ Malta”it-tqegħid u t-tberik ta’ l-Ewwel Ġebla sar fil-11 ta’ Awwissu 1735 mill-Isqof Alpheranfi żmien il-Granmastru Manwel de Vilhena. Kienu preżenti l-Kleru ta’ Bormla ugħadd sabiħ ta’ Bormliżi.

 

     


Kappella San Gwann t'Ghuxa

Barra mis-swar tal-Birgu sa mis-sena 1373 kien hemm knisja dedikata lil San Gwann ta' Ghuxa (Elemosiniere);

Din il-knisja twaqqghet meta beda l-bini tas-swar tal-Kottonera u nbniet ohra flokha f'post iehor fl-1680.

 Il-knisja ġġarfet fil-gwerra.  Dawn l-ahhar snin il-kappella giet restawrata.

 

Monasteru Santa Margerita

Il-monasteru twaqqaf fl-1726 bħala orfanatrofju minn żewġ saċerdoti, megħjunin minn sinjura li flimkien ma' xi nisa oħra kienu jieħdu ħsieb l-orfanatrofju u jgħixu flimkien ħajja ta' reliġjużi bħala Terzjarji Tereżjani, iżda l-Granmastru deherlu li kellhom jgħixu bħala Klawstrali.

Fl-1739 sbatax-il soru ħadu l-abitu tat-tieni Ordni Tereżjan mill-Isqof Alpheran.
 Dedikazzjoni tal-knisja 28 ta' Ottubru 1787 

 

Knisja u Kunvent ta' Santa Tereza

 

Il-knisja u l-kunvent tat-Tereżjani f'Bormla nbnew fl-1625 u għal żmien twil kien l-uniku kunvent li kellhom it-Tereżjani f'Malta.  Data tad-Dedikazzjoni  18 ta' Marzu 1797.

Bhal kul istituzzjoni Terezjana il-Patrijiet jiccelebraw il-festi tal-Madonna tal-Karmnu, Santa Tereza t' Avila,

Santa Tereza tal-Bambin Gesu u San Gwann tas-Salib.

 

                            

 

 

                           

Welcome

Recent Photos

 

Recent Videos

 

 

 

      

      Stazzjon Ufficjali

   www.kottoner.com