Bormla - Citta Cospicua

Il-Vara Artistika tal-Immakulata Kuncizzjoni

 

 

Zgur li l-Istatwa titulari tal-Kuncizzjoni hija wahda mill-isbah li hawn Malta. Imzejna bil-fided u d-deheb minn dejjem kienet ghall-qalb il-Bormlizi kollha, kif tidher id devozzjonilejha l-aktar fil-festa ta’ Marija Immakulata. L-istatwa hija tal-injam u twila
1.65m, jigifieri daqs persuna umana, hekk kif inhuma il-vari kollha tal-Kollegjata ta’Bormla. Jinghad li l-istatwa ghamlitha Suor Marija Dedomenico li kienet studenta ta’Mattia Preti u saret x’aktarx fi zmien Dun Diegu Ciantar.

 

Fl-1905 il-famuz skultur Bormliz Abram Gatt ghamel xi tibdiliet skulturali fl-Istatwa u bl-approvazzjoni tal-Kapitlu inksiet bil-fidda. B’hekk l-istatwa llum hija miksija bil-fidda u b 164 stilla tad deheb,
imzejna b’hafna hagar prezzjuz crieket u djamanti, l-istellarju u l-qamar huma mizghda bid-djamanti, u s-serp taht riglejn il-Madonna huwa wkoll miksi bid-deheb.


Fi zmien il-gwerra meta l-Bormlizi raw il-Knisja mhedda kontinwamnet, minhabba li Bormla qieghda vicin il-port il-kbir, iddecidew li jiegdu l-istatwa u l-kwadru f’Birkirkara.


Dawn kienu mghottija u mehuda bit-trakkijiet u nzammu l-Knisja.

Wara il-Kapitluwieghed lill-Madonna li jekk il-Parrocca ma tiggarrafx, jaghmlu pellegrinagg bl-Istatwa u l-Kwadru minn Birkirkara sa Bormla. Ohrog il-ghageb il-bini ta’ madwar il-Knisja iggarraf kollu u l-Knisja ma gralha ebda hsara!


Anke min l-aktar ma jemminx isostni li xi haga straodrinarja grat ghal mod kif il-Knisja ma gralha ebda hsara qalb it-tifrik kolluta’ madwar.
Fl-1980 l-Eccellenza tieghu Mons. Guzeppi Mercieca, Arcisqof ta’ Malta, pogga curkett f’wiehed mis-swaba tal-Madonna fl-okkazjoni ta 75 sena mill- inkurunazzjoni.  Meta l-Qdusija Tieghu il-Papa Gwanni Pawlu II zar il-gzejjer Maltin u kellem lill-haddiema fi Pjazza Santa Margerita f’Bormla, il-Bormlizi resqu fil-Pjazza l-Istatwa ta’ Marija. L-Ispirtu Marjan tant kien qawwi li l-Papa stess qal ‘Qeghdin fil-Prezenza ta’
Ommna.

 

 

                                      

                                                  L-istatwa Titulari qabel l -1905
 
 
        
                                                         19 ta Novembru 1944
 
              
 
          Mbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f'belt tal-Galilija,
        jisimha Nazaret, għand xebba, mgħarrsa ma' raġel jismu Ġużeppi
       mid-dar ta' David.  Dix-xebba kien jisimha Marija.L-anġlu
       daħal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, 
        il-Mulej miegħek.[Lq:1:29]
 
 
                                             

           

                     Mbagħad qalet Marija: "Ara, jiena l-qaddejja

                     tal-Mulej: ħa jsir minni skond kelmtek "

                     U l-anġlu telaq minn quddiemha.   [Lq:1:38]

Il-Kwadru Titulari

 

Hekk kif tidhol fil-Knisja ta Bormla, l-attenzjoni tmur fuq il-Kwadru Titulari fil-faccata.  Il-Kwadru jinsab ezattament fuq l-artal tal-kor u huwa xoghol ta’ Pietru Pawl Caruana.
Fil-Kwadru naraw il-Madonna liebsa l-abjad u tirfes ras is-serp li ]dejh hemm ukoll il qamar,il-Missier Etern jinkurunha u fuqu l-Ispirtu s-Santu waqt li madwarhom hemm lerba
simboli ta l-Evengelisti.
L-Ispirtu s-Santu jidher bhala l-qawwa divina li kienet strumentalifl-inkarnazzjoni ta Kristu li min-naha tieghu narawh bhala tfajjel ckejken b¡ idejh maghqudin flimkien fuq naha wahda ta Ommu.
L-istess attegjament huwa repetut mill-Madonna. Hija tiddomina l kwadru bhala blanzun frisk hiereg direttament mill-Missier Etern,waqt li minghajr sforz tishaq ras is-serp taht saqajha.
Hamsin sena wara li l-Papa Piju IX ipproklama lil Marija bhala Mnissla Minghajr Tebgha Originali permezz tal-Bolla Ineffabilis Deus, ir-Rev. Kapitlu tal-Kolle[jata flimkien mal poplu
Bormliz ried li jfakkar dan l-avveniment billi jqieghed kuruna tad-deheb fuq ir-ras tax-xbieha ta Marija fil-Kwadrju Titulari.

Fl-1954 meta il-Papa Piju XII fakkar il-mitt sena mid-Domma ta l-Immakulata, il-Kapitlu tal-Kollegjata stieden lill-Emm. Tieghul-Kardinal Federico Tedeschini biex iqieghed tmien stilel tad-djamant madwar ir-ras ta Marija fuq l-istess kwadru.


                                    

"U deher sinjal kbir fis-sema: Mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taht

 riġlejha, u b'kuruna ta' tnax-il kewkba fuq rasha."   [Apk:12:2]

                                          

                                                   L-Inkurunazzjoni tal- 25 ta Gunju 1905

 

                       

                                         Il-Kardinal Tedeschini jaghmel l-Istellarju 1955

 

                       

                                                 Mitt Sena Inkurunata 25 ta' Gunju 2005

                             

 

      

" ̋Talli ghamilt dan, mishut int  fost il-bhejjem kollha  u fost l-annimali

 selvaggi. Ghal żaqqek titkaxkar,  u t-trab ta' l-art tiekol il-jiem kollha

 ta' hajtek.  U jien inqajjem mibeghda bejnek u bejn il-mara, 

 bejn nislek u nisilha,u hu jishaqlek rasek  u int tishaqlu

 gharqubu. "   [Gen:3:16]

Welcome

Recent Photos

 

Recent Videos

 

 

 

      

      Stazzjon Ufficjali

   www.kottoner.com