"Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien
għadu d-dlam, u Marija ta' Magdala ġiet ħdejn il-qabar
u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri
għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien
iħobb Ġesù, u qaltilhom: "Qalgħu l-Mulej mill-qabar,
u ma nafux fejn qegħduh?"

L-istatwa ta Kristu Rxoxt jinghad li
saret min skultur Spanjol. Fl-1741
ingiebet lejn Bormla
Kaptan Scarinu’ ghal-habib tieghu
Celestino Sacco . Sacco irregala din l-
istatwa lilFratellanza tal-Kurcifiss fis-
7 t’April 1742.
L-istatwa hija ta l-injam.
Tirraprezenta lil Kristu b’palma f’idu u
taht saqajh ghatu ta’ qabar li kien
inkesa fil-fidda u gie iddisenjat
min iben Bormla Abraham Gatt.
"Bin il-bniedem jingħata f'idejn il-midinbin, ikun mislub, u fit-tielet jum iqum mill-imwiet."
[Lq:24:8]
Ġesù qalilha: " La tmissnix, għax għadni ma tlajtx għand il-Missier;
imma mur għand ħuti u għidilhom li se nitla' għand Missieri
u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom. " [Ġw:20:18]

"U qal l-anglu lin-nies: La tibzghux : naf li qeghdin tfittxu lil
Gesu li kien mislub: mhux hawn: Qam bhalma qal....."
Matt 28, 5-6

Daħlu fil-qabar, u raw żagħżugħ bilqiegħda n-naħa tal-lemin, liebes
libsa bajda; u nħasdu. Imma hu qalilhom: "Xejn la tinħasdu.
Qegħdin tfittxu lil Ġesù ta' Nazaret li kien imsallab; qam mill-mewt,
m'huwiex hawn. Araw il-post fejn kienu qegħduh. " [Mk:16:7]